Matul il-jum tas-Sibt, Berlin fakkret il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin li seħħ 35 sena ilu. Dan jimmarka t-tmiem tad-diviżjoni tal-Ġermanja u wittiet it-triq għar-riunifikazzjoni.
Għexieren ta’ eluf ta’ viżitaturi attendew l-festival bl-isem ta’ “festival tal-libertà” f’Berlin, li fih installazzjoni kbira fil-miftuħ b’5,000 poster li jsegwu l-linja fejn darba kien hemm il-Ħajt.
Se jkun qed jittella’ kunċert tul ir-rotta ta’ 4 kilometri, li fih ħa jkun hemm 700 mużiċist professjoniali u dilettanti jdoqqu “soundtrack of freedom”.
Il-Kanċilier Federali Ġermaniż Olaf Scholz faħħar l-avveniment bħala eżempju eċċellenti ta’ koeżjoni Ewropea, u stqarr li l-ġirien tal-Ġermanja Ċentrali u tal-Lvant tal-Ewropa kkontribwew għall-waqgħa tal-Ħajt.
L-avveniment qed ifakkar ukoll il-pogroms ta’ Novembru tal-1938 f’Berlin u Brandenburg.
//= $special ?>