Internazzjonali

Imut l-istilla tal-film ‘Candyman’ Tony Todd fl-età ta’ 69 sena

Tony Todd, attur rinomat magħruf għar-rwol tiegħu fil-films tal-waħx, fosthom il-film rinomat Candyman, miet fl-età ta’ 69.

Todd, imwieled f’Washington DC fl-1954, kiseb fama għar-rwol tiegħu bħala l-fatat ta’ skjav Amerikan tas-seklu 19 fil-film ‘Candyman’ tal-1992. Huwa ħa sehem ukoll f’żewġ sequels, ‘Candyman: Farewell To The Flesh’ u ‘Candyman 3: Day Of The Dead fl-1999’.

Todd reġa’ lura għar-rwol fl-2021 għal film miktub flimkien minn Jordan Peele. Virginia Madsen, tat ġieħ lil Todd f’video fuq il-pjattaformali soċjali Instagram, fejn sejħitlu “raġel tassew poetiku” b’għarfien profond tal-arti.

Il-manager ta’ Todd, Jeff Goldberg, esprima wkoll l-ammirazzjoni tiegħu lejn l-attur.