Lokali

“MEP Laburista tant qata’ qalbu mill-Gvern Malti li kellu jappella lill-Kummissjoni Ewropea għal mudell ekonomiku ġdid” – PN

Il-Partit Nazzjonalista jieħu nota tal-appell tal-MEP Laburista Thomas Bajada lill-Kummissjoni Ewropea biex toħloq mudell ekonomiku ġdid li jiffoka fuq standards ambjentali u benesseri sostenibbli.

Dan l-appell huwa xhieda ċara ta’ kif l-Ewroparlamentari Laburista qata’ qalbu mill-Gvern tiegħu stess li ma rnexxilux joħloq ekonomija sostenibbli f’Malta li tgħin verament lill-poplu Malti.

L-ekonomija ta’ Malta, taħt il-politika tal-Partit Laburista, mhix tipprovdi futur sostenibbli. Huwa ovvju li l-MEP Bajada qed ifittex minn barra l-appoġġ biex jilħaq dawn l-għanijiet li l-Gvern tiegħu stess naqas milli jindirizza fuq livell nazzjonali.

Din is-sitwazzjoni turina kemm hi meħtieġa bidla fil-mod kif qed tiġi mmexxija l-ekonomija ta’ pajjiżna.