Internazzjonali

Nancy Pelosi twaħħal f’Joe Biden

L-Eks Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati tal-Istat Uniti Nancy Pelosi ssuġeriet li d-Demokratiċi setgħu marru aħjar fl-elezzjoni tat-Tlieta li għadda li kieku l-President Joe Biden iritira qabel mit-tellieqa.

Pelosi argumentat li kieku Biden warrab qabel, seta’ kien hemm kandidanti oħra fit-tellieqa.

Il-partit Demokratiku tilef il-White House u potenzjalment iż-żewġ kmamar tal-Kungress f’din l-elezzjoni.

U issa nies viċin Joe Biden qegħdin jakkużaw lill-President għat-telfa tal-elezzjoni, filwaqt li oħrajn tefgħu l-ħtija fuq l-fokus tal-partit, fuq il-korrettezza politika, u li l-politika tagħhom iffukat wisq fuq ix-xellug estrem.