Mill-inqas 20 persuna nqatlu u ‘l fuq minn 40 indarbu fi splużjoni ta’ bomba fi stazzjon tal-ferrovija f’Quetta, il-Pakistan.
Il-Balochistan Liberation Army (BLA), grupp separatista, ħa r-responsabbiltà għall-attakk, u sostna li l-attakk suwiċida kellu fil-mira truppi fl-istazzjon. L-attakk seħħ meta kważi 100 passiġġier kienu qed jistennew ferrovija lejn Rawalpindi.
Il-BLA ilu jwettaq ribelljoni għall snin sħaħ bl-għan ikun li jfittxu l-indipendenza minn Islamabad, fejn ħafna drabi jkunu fil-mira l-forzi tas-sigurtà u l-barranin. F’Awwissu li għadda, mill-inqas 73 persuna nqatlu fil-provinċja ta’ Balochistan wara li militanti separatisti attakkaw l-għases tal-pulizija, il-linji tal-ferrovija, u l-awtostradi.
Il-Balochistan hija l-akbar provinċja tal-Pakistan iżda l-inqas popolata, fejn joperaw il-militanti separatisti u Iżlamiċi filwaqt li hija ċentru għall-minoranza etnika Baloch tal-pajjiż.
//= $special ?>