Lokali

Iċ-ċerimonja ta’ ‘Jum it-Tifkira’

Malta flimkien ma’ pajjiżi tal-Commonwealth iċċelebrat ‘Jum it-Tifkira’ – ġurnata sinonima mas-simbolu tal-pepprin, u li tfakkar it-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija fil-11 ta’ Novembru 1918.

Pajjiżna l-Ħadd filgħodu sellem lill-vittmi tal-gwerer, permezz ta’ ċerimonja li saret f’riġlejn il-monument tal-gwerra.

Għaċ-ċerimonja ta’ tifkira fil-Furjana kien hemm preżenti diversi dinjitarji, kif ukoll il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Dan filwaqt li min-naħa tal-PN, tpoġġiet kuruna mill-Assistent Whip tal-Grupp Parlamentari Paula Mifsud Bonnici.

Aktar kmieni, ġiet konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fejn issemma’ kif f’din il-ġurnata nirriflettu fuq kif se naħdmu favur dinja ta’ paċi, tama u ġustizzja.

Fuq kollox, intqal li għandna niftakru fuq dak li għamlu għalina missirijietna biex jiksbu l-paċi, sabiex nuru li dak is-sagrifiċċju ma kienx għal xejn.