Lokali

“Iż-żgħażagħ iridu pajjiż li ma jibżax mill-futur” – Dylan Seychell

Il-futur mhux tagħna imma ta’ uwiedna – ejja naħdmu għalih.

Dan saħqu l-Lettur tal-Intelliġenza Artifiċjali fl-Università ta’ Malta, Dylan Seychell, f’indirizz waqt l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

“Meta ż-żgħażagħ ma jibqgħux fiċ-ċentru, il-pajjiż jibda jmut, filwaqt li għamel kuraġġ lill-politikanti ta’ rieda tajba u bħala poplu għandna nagħtukom kuraġġ li intkom tattwaw dawn l-affarijiet.”

Seychell saħaq li jiġu jkellmuh studenti żgħażagħ li ma jridux isejħu lil Malta darhom wara li jiggradwaw, u insista li ma tħossx li int milqugħ minn pajjiżek mhux xi ħaġa sabiħa.

Huwa saħaq li din għandha tkun responsabbiltà taż-żewġ partiti maġġuri – fejn iħossu li l-barrani huwa aktar milqugħ minnhom.

Spjega wkoll dwar bidla fis-sistema edukattiva, possibbiltà ta’ inqas homework u aktar żvilupp fil-kreattività u diskussjoni – jiem fl-iskejjel li jmorru lil hinn mill-kurriklu riġidu.

Seychell saħaq li l-istudenti mhux tajbin skont l-aħħar riżultat ta’ eżami tagħhom, imma skont il-mentalità u l-maturità.

Huwa spjega li d-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ kumpanija Maltija vis a vis kumpanija barranija trid tinqata’ – wasal iż-żmien biex il-politiċi jsibu soluzzjoni u rikonsiderazzjoni f’din l-inugwaljanza fiskali li qed jaffaċċjaw Maltin u Għawdxin.

Dan filwaqt li insista dwar it-taħriġ regolari għall-edukaturi, u l-insistenza fuq l-etika u l-indipendenza mal-istudenti huwa ta’ importanza kbira – anke tibdil fuq kif nedukaw lill-istudenti tagħna sa mil-livell tal-primarja.