Ir-raġel li miet wara li waqa’ madwar erba’ sulari minn gallarija ta’ residenza f’San Ġwann, ġie identifikat bħala Kolombjan ta’ 35 sena.
L-inċident seħħ fis-6 ta’ Novembru li għadda għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu fi Triq San Franġisk, San Ġwann.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u kien ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Iżda sfortunatament, ir-raġel tilef ħajtu l-Ġimgħa filgħodu.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>