Xahar wara l-ieħor, bajja wara l-oħra qed tispiċċa kontaminata. Il-Qorti Ewropea ikkundannat lill-Gvern minħabba l-ħruġ ta’ drenaġġ fil-baħar. Iżda l-Labour…qed jibqa’ jinjora dawn il-fatti.
Waqt il-programm NETLIVE, is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield spiċċa jagħmel bħall-Prim Ministru. U spiċċa waħħal fil-privat għall-baħar li qed jiġi kontaminat minn ħruġ ta’ drenaġġ.
Iżda fid-dibattitu fuq Net TV, id-deputat Rebekah Borg waqqgħet din ir-retorika politika.
Waqt id-diskussjoni dwar il-Budget, Glenn Bedingfield iddefenda l-għażla tal-Gvern li mar għal impjant temporanju li jiġġenera l-enerġija – impjant li jaħdem bid-diesel. Ħareġ ukoll ċar illi s-Segretarju Parlamentari ma jara xejn ħażin li s-suppost Viżjoni għal pajjiżna se titfassal minn grupp ta’ barranin.
L-istess Glenn Bedingfield ikkonferma wkoll li l-Gvern għadu ma lesta ebda pjan dwar il-ħaddiema barranin; tant li għadu qed jaħdem fuq policy.
Intant, waqt NETLIVE, Bedingfield baqa’ jiddefendi l-għażla ta’ Roberta Abela li jibqa’ jintaxxa l-COLA.
//= $special ?>