Roma keċċew lil kowċ tagħhom Ivan Juric wara t-telfa diżappuntanti tagħhom f’darhom kontra Bologna bl-iskor ta’ 3-2. Kienu Bologna li fetħu l-iskor minn Santiago Castro qabel kien Stephano El Shaarawy li kiseb id-draw fit-63 minuta. Riccardo Orsolini reġa’ poġġa’ lil Bologna fil-vnataġġ tliet minuti wara b’Jasper Karlsson jagħmilhom 3-1 fit-72 minuta. Stephano El Sharaawy għal darb’oħra reġa’ naqqas id-distakk li madanakollu ma kienx biżejjed biex jiġbru l-punti minn din il-partita. B’hekk Juric sar it-tieni kowċ li tkeċċa minn kowċ ta’ Roma dan l-istaġun wara li aktar kmieni kien tneħħa Daniele De Rossi, li skont rapporti fil-media Taljana, jidher li qed jerġa’ jkun ikkunsidrat li jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim.
Fil-Gewiss Stadium rebħa ta’ 2-1 għal Atalanta fuq Udinese. Udinese fetħu l-iskor minn Hassane Kamara qabel kien Mario Pasalic li kiseb id-draw għal Atalanta. Il-gowl tar-rebħa għat-tim minn Bergamo kien skorjat minn Souleymane Toure li xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Riżultati: Illum: Atalanta v Udinese 2-1, Fiorentina v H.Verona 3-1, Roma v Bologna 2-3, Monza v Lazio 0-1
Inter v Napoli tard