Il-qawwiet tal-Ukrajna u r-Russja attakkaw lil xulxin bid-drones għal wieħed mill-akbar assedji ‘reċiproċi’ ta’ dan it-tip mill-bidu tal-gwerra, fi Frar tal-2022.
Il-Ministeru tad-Difiża Russu qal li interċetta l-għexieren tad-drones sparati mill-Ukrajna lejn sitt reġjuni tar-Russja. Numru minn dawn id-drones kienu qed javviċinaw il-kapitali Moska u bir-riżultat li kellhom jinbidlu l-iskedi tat-titjiriet minn tlieta fost l-ajruporti ewlenin f’din il-belt.
Sadanittant, l-Ukrajna qalet li r-Russja sparat madwar 150 drone lejn ‘ir-reġjuni Ukreni kollha’ u fejn il-qawwiet lokali rnexxielhom jinnewtralizzaw il-parti kbira tagħhom.
Il-burraxka tad-drones kapaċi anki tkun l-akbar attakk ‘fuq bażi reċiproka’ sakemm il-President Amerikan-elett Donald Trump – bħalma mistenni – iwettaq il-pressjoni fuq l-Ukrajna u daqstant ieħor ir-Russja biex huma jtemmu dan il-konflitt.
Sadanittant, l-azzjoni tal-aħħar sigħat fuq Moska kienet l-akbar waħda fuq il-kapitali Russa mill-bidu tal-gwerra u fejn kienu sparati ‘xita ta’ drones’ lejn l-aktar siti strateġiċi fil-kapitali – mhux wisq ‘il bogħod mill-Kremlin. Mifhum ukoll li xi nies indarbu waqt dawn l-attakki, b’aktar minn bini wieħed jingħata n-nar.
Intant, il-parti kbira tad-drones sparati lejn Moska twaqqgħu qalb id-distretti ta’ Ramenskoye, Kolomna u Domodedovo districts – waqt li fl-Ukrajna, indarbu xi nies waqt attakki bid-drones fruq ir-reġjun ta’ Odesa.
//= $special ?>