Il-President tal-Partit Laburista għażel li ma jikkundannax lill-mara tal-Ministru Clayton Bartolo, Amanda Muscat.
Ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards kien ċar, kien hemm ksur tal-artiklu tal-Att dwar l-iStandard u ksur tal-kodiċi ta’ Etika fl-konfront tal-Ministru Clayton Bartolo u l-Ministru Clint Camilleri.
Fl-email tagħha, m’hemm ebda ħjiel ta’ minuti jew dokumenti li ħadmet fuqhom.
Mir-rapport ħareġ ukoll li Amanda Muscat, għandha sempliċiment ċertifikati ta’ livell avvanzat u Diploma… U għal dan kienet qed titħallas €68,000.
Dan filwaqt li hi stess ikkonfermat li meta laħqet konsulenta “r-rwol tagħha baqa l-istess” bħal meta kienet segretarja personali ta’ Clayton Bartolo. Tant li qalet ukoll li kienet tikkoordina ma’ ħaddiehor biex jagħmel ix-xogħol ta’ riċerka u ma kinetx tagħmel ir-riċerka hi.
Iżda fid-dawl ta’ dawn il-fatti kollha ħadt mhu qed jikkundanna l-aġir ta’ Amanda Muscat filwaqt li għall-Prim Ministru Robert Abela l-apoloġija minn naħa tal-Ministru Bartolo kienet biżżejjed.
//= $special ?>

