Colin Schembri
Hibernians…………………106
Athleta AtoZ……………….91
(28-25)(20-21)(28-33)(30-12)
Athleta AtoZ offrew sfida qawwija lil Hibernians fejn sat-tmiem it-tielet sessjoni kienu 3 punti minn fuq 79-76. Però fl-aħħar taqsima, Hibs friski mir-rebħ tas-shield ħadu l-partita f’idejhom biex ħadu t-tieni rebħa fil-kampjonat. Hibernians ħarġu b’saħħithom, fejn Tederick Wolfe u Matthew Attard fetħu l-logħba b’punti konsekuttivi u ħadu vantaġġ bikri. Athleta wieġbu permezz ta’ Robert Vitale, li għamel żewġ trippli flimkien m’oħra ta’ Kurt James. L-ewwel perjodu baqa’ fuq ritmu mgħaġġel, biż-żewġ timijiet jiskorjaw fuq fast-breaks frekwenti. Hibs komplew bi trippla ta’ Matthew Gouder u għalkemm Athleta wieġbu bil-free-throws ta’ Caleb Matthews u James, Hibs għalqu s-sessjoni fuq quddiem 28-25. Athleta kellhom it-trippli ta’ Vitale u Isaac Xuereb fil-bidu tat-tieni perjodu biex marru punt mnn fuq. Ivan Demcesen u Wolfe wieġbu għal Hibernians biex żammewhom viċin. Athleta, wieġbu bi three-pointer minn Matthews qabel ma Hibs għalqu s-sessjoni b’sitt punti konsekuttivi għal skor ta’ 48-46.
Fit-tielet sessjoni Demcesen u Derek Brown komplew iżommu lil Hibernians fuq quddiem. Athleta wieġbu permezz ta’ Xuereb u James, u saħansitra marru fuq quddiem għal żmien qasir wara run ta’ 10-4. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet minn Demcesen, Brown u trippla ta’ Gouder. Fl-aħħar sekondi trippla ta’ Juan Cefai għalqet it-tielet perjodu fuq skor ta’ 76-79 favur Athleta. Fl-aħħar sessjoni però l-partita ħadet direzzjoni oħra hekk kif Hibernians bdew b’run ta’ 12-0 mmexxija minn Brown u Wolfe flimkien ma’ Anton Axiaq. Athleta ppruvaw jirrispondu permezz ta’ Matthews u James, iżda Hibernians żammew il-momentum tagħhom u għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 106-91.
Hibernians: N. Cassar 4, T. Wolfe 26, D. Brown 28. P. Attard 1, L. Attard, V. Kustudija, A. Axiaq 9, M. Gouder 14, M. Attard 4, M. Mallia, I. Demcesen 20, S. Simic.
Athleta AtoZ: C. Matthews 19, K. James 30, B. Zammit, R. Vitale 12, I. Xuereb 14, L. Borg 9, E. Abela, A. Bozanic, M. Farrugia, A. Garzia, J. Cefai 7, G. Cassar.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu
Sigma Depiro………………………………..72
Luxol Sherries Estates………………….75
(21-19)(10-25)(20-22)(21-9)
Sigma Depiro kienu viċin li jwettqu rimonta kontra Luxol Sherries Estates fejn distakk ta’ 15 -il punt niżel għal 3 punti fl-aħħar attakk. Depiro bdew il-partita bi trippla minn Dominic Tomasi. Luxol irrispondew bil-punti ta’ Caleb Mccrary u Vukassin Jandric. Wara trippla fuq kull naħa minn Sean Galea u Darron Howard Luxol żiedu l-vantaġġ b’run qasira ta’ 8-2 biex is-sessjoni għalqet fuq skor ta’ 21-19 favur Depiro wara punti minn Cornelius u Galea. Fit-tieni perjodu, Luxol ħarġu b’aktar intensità hekk kif Howard u Jandric għamlu run ta’ 10-3 li poġġiethom fuq quddiem 28-24. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Cornelius flimkien ma’ Tomasi iżda Luxol baqgħu għaddejjin b’run ta’ 10-1 biex għalqu l-perjodu minn fuq 44-31.
Luxol fetħu t-tielet taqsima bi trippli konsekuttivi minn Nathan Xuereb qabel ma Depiro bdew iwettqu reazzjoni permezz ta’ Bozovic u Tomasi biex naqqsu d-distakk għal 48-60. Luxol wieġbu permezz ta’ Howard u Mccrary u irnexxielhom iżommu l-vantaġġ ta’ 15 -il punt fi tmiem il-perjodu 66-51. Depiro bdew l-aħħar perjodu b’run ta’ 9-2 biex resqu eqreb sa 60-68. Wara time-out, Luxol żammew il-vantaġġ stabbli wara trippla minn Jandric u basket ta’ Marco Matijevic. Hawn Depiro għamlu run oħra ta’ 7-0 biex naqqsu d-distakk għal 4 punti fl-aħħar 40 sekonda. Cornelius għamel l-aħħar three-pointer għal Depiro iżda Luxol bdew iwaqqfu l-attakk tagħhom bil-fouls u ħarġu rebbieħa 75-72.
Sigma Depiro: S. Galea 5. D. Bugeja 11, N. Bozovic 14, N. Zivkovic, L. Stefanovic, A. Trapani, D. Tomasi 18, S. Kenely, M. Brincat, C. Cornelius 24, M. Debattista.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 21, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi, I. Azzopardi, V. Jandric 16, JP Schembri, N. Xuereb 9, P. Engelbert, N. Bukva 4, C. McCrary 21, M. Matijevic 2, S. Cappello 2.
Referees: Bernard Vassallo, Miguel De Flavia, Fiorentina Ciurariu
Tigers………………………………68
Sigma Depiro………………..104
(22-16)(17-27)(8-39)(21-22)
Depiro reġgħu kienu fl-azzjoni jumejn wara meta iltaqgħu kontra Tigers u rnexxielhom jieħdu l-ewwel rebħa tal-kampjonat. Tigers żammew il-pass fl-ewwel żewġ sessjonijiet però ċedww minn wara l-intervall biex Depiro kellhom rebħa komda. It-team ta’ Tigers kellhom għall-ewwel darba lil player Serge Hamparsoum fil-waqt li Depiro kienu bl-istess formazzjoni ta’ jumejn ilhu għalkemm il-coach Sasha Dimitrijevic għamel xi tibdil fl-ewwel ħamsa tiegħu. Il-partita kellha bidu bilanċjat tant li wara tlett minuti kien hemm parita ta’ 5-5. Wara li Miguel Brincat poġġa lil Depiro minn fuq, Tigers kellhom run ta’ 11-0 b’żewġ trippli ta’ Jerson Jagna. Depiro wieġbu bill-punti ta’ Dominic Tomasi u David Bugeja però kienu Tigers li għamlu l-aħħar 4 punti tat-taqsima għal skor ta’ 22-16. Depiro fetħu t-tieni perjodu bi trippli ta’ Luca Stefanovic u Alessio Trapani kif ukoll ta’ Nikola Bozovic Hamparsoum kellhu punti konsekuttivi biex żamm lil Tigers viċin tant li sa’ nofs is-sessjoni l-vantaġġ ta’ Depiro kien ta’ 3 punti 31-28. Tigers saħansitra reġgħu marru fuq quddiem wara trippla ta Ferdinand Lisondra u rnexxielhom iżommu l- vantaġġ għal xi ħin. Depiro però għalqu l-perjodu b’żewġ trippli minn Stefanovic u Brincat biex daħlu jistrieħu 43-39 minn fuq.
Wara l-intervall, l-istorja kienet differenti hekk kif Depiro kienu dominanti, bdew jisirqu ħafna blalen u jiksbu l-punti minn fast breaks. Fil-fatt, Depiro bdew b’run ta’ 8-0 u aktar qawwija kienet dik li għamlu minn nofs il-perjodu ‘l quddiem fejn għamlu 22 punt mingħajr risposta. Fost l-aktar attivi kien hemm Bugeja u Tomasi flimkien ma’ Sean Galea għal skor ta’ 82-47. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien hemm il-punti ta’ Hamparsoum għal Tigers bid-Depiro jwieġbu bi trippla ta’ Brincat flimkien ma’ Niksa Zivkovic li bi trippla għaqqdilhom il-mitt punt. Hawn Tigers għamlu 11 –il punt mingħajr risposta biex għamlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif finalment kienu Depiro li ħarġu rebbieħa 104-63.
Tigers: J. Janga 8, M. Brown 12, S. Hamparsoum 29, K. Micaller, M. Jalkh 4, F. Lisondra 14, S. Saakian 1.
Sigma Depiro: S. Galea 15. D. Bugeja 22, N. Bozovic 14, N. Zivkovic 7, L. Stefanovic 9, A. Trapani 9, D. Tomasi 14, S. Kenely 4, M. Brincat 7, C. Cornelius 3, M. Debattista.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia, Nicky Azzopardi.
Valletta Lions………………62
Hibernians …………………95
(16-28)(16-23)(17-26)(13-18)
Hibernians kisbu t-tielet rebħa fil-kampjonat u t-tieni waħda f’temp ta’ jumejn meta għelbu lil Valletta Lions 95-62. Għall-Beltin din hija l-ewwel telfa tal-kampjonat wara li kienu bdew l-impenji tagħhom b’rebħa fuq Athleta. Valletta kienu mingħajr Francesco Mifsud Bonnici però kellhom għall-ewwel darba lil Stefan Vincic. Hibs bdew qawwi grazzi għal tlett trippli minn Matthew Gouder u mnarru 15-5 sa nofs is-sessjoni bil-coach ta’ Valletta kostrett isejjaħ l-ewwel time-out. Valletta issa bdew jirrispondu għall-punti tal-avversarji speċjalment minn Piotr Stelmach li reġa wassalhom sa’ 5 punti ‘l bogħod. Hibs irkupraw permezz ta’ Derek Brown u Stefan Simic qabel ma Lorenzo Anderson wieġeb għal Valletta. It-taqsima ntemmet b’basket ta’ Brown għal skor ta’ 28-16 favur Hibernians. Fit-tieni taqsima, Hibs komplew bill-punti minn Anton Axiaq u Tederick Wolfe qabel ma Valletta kellhom il-punti konsekuttivi minn Eric Terry li naqqas id-distakk għal 9 punti 27-36. Hawn Hibs kellhom mument ieħor tajjeb bi 13 –il punt mingħajr risposta b’żewġ trippli minn Brown u Matthew Attard. Stelmach waqqafhom bi trippla però fl-intervall Hibs kienu għadhom 19 minn fuq 51-32.
Fit-tielet sessjoni, wara li Valletta naqqsu d-distakk bill-punti ta’ Grech u Vasovic, Gouder u Wolfe wieġbu b’żewġ trippli konsekuttivi. Anderson reġa’ wieġeb għal Valletta flimkien ma’ Grech bi trippla però Hibs komplew jiddominaw il-partita bi break ieħor ta’ 13-1 b’punti minn Wolfe, Demcesen u Neil Cassar fost l-oħrajn. It-taqsima għalqet b’basket fuq kull naħa għal skor ta’ 77-49. L-aħħar taqsima kienet biss formalita bil-coach ta’ Hibs Narcisio jserraħ il-players Amerikani u jilgħab it-taqsima kollha bi players żagħżagħ. Il-punti bdew ġejjin bil-mod bi Schembri u Stelmach isibu l-basket għal Valletta fil-waqt li Matthew Attard bi trippla u Simic wieġbu għal Hibs. Valletta komplew b’seba’ punti mingħajr risposta però l-partita kienet f’idejn il-Pawlisti li għalqu bl-aħħar sitt punti minn Matthew Attard u Miguel Mallia u ħarġu rebbieħa 95-62.
Valletta Lions: N. Grech 10, L. Anderson 10, A. Attard 2, P. Stelmach 19, A. Attard, D. Schembri 4, J. Camilleri, N. Vasovic 2, M. Farrugia, S. Vincic 1, E. Terry 11.
Hibernians: N. Cassar 3, T. Wolfe 22, D. Brown 14. P. Attard 2, L. Attard, V. Kustudija 2, A. Axiaq 2, M. Gouder 14, M. Attard 14, M. Mallia 2, I. Demcesen 11, S. Simic 9.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia.
Luxol Sherries Estate…………….95
Athleta AtoZ…………………………93
(27-19)(20-21)(29-25)(19-28)
Luxol ħadu nifs qawwi fi tmiem il-partita meta l-aħħar ballun ta’ Isaac Xuereb ħabat mar-ring u nqabeż ‘l barra fi tmiem drammatiku ieħor li rahom joħorġu rebbieħa kontra Athleta AtoZ 95-93. Il-pubbliku preżenti kellhu verament partita mill-isbaħ xi jsegwi b’wirjiet individwali ammirabbli bħal 31 punt u 10 rebounds ta’ Darron Howard ta’ Luxol u is-36 punt u 18 -il rebound ta’ Kurt James ta’ Athleta. Luxol ħarġu b’saħħithom u bdew il-partita b’run ta’ 12-0 grazzi għal Howard u Caleb Jones Mccrary, li fetħu b’punti konsekuttivi. Wara time-out ta’ Sandro Farrugia, Athleta irrispondew b’seba’ punti fosthom three-pointer ta’ Robert Vitale u punti ta’ Caleb Matthews u Juan Cefai.Luxol żammew il-kontroll grazzi għal three-pointer ieħor ta’ Howard kif ukoll ta’ Nathan Xuereb hekk kif temmew l-ewwel perjodu fuq quddiem 27-19. Athleta bdew aħjar fit-tieni perjodu, fejn James kien strumentali f’run ta’ 9-0 inkluż three-pointer li naqqas id-distakk għal erba’ punti 32-28. Luxol irrispondew bill-punti ta’ Howard u Matijevicflimkien mat-trippli ta’ Vukassin Jandric biex żammew il-vantaġġ fuq 47-40 sal-aħħar tal-perjodu.
Fit-tielet taqsima, iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin għalkemm Luxol kellhom xi runs qosra li rahom jiftħu vantaġġ ta’ 14 -il punt fis-seba’ minuta 70-56. Athleta ma ċedewx, u bdew jirkupraw permezz ta’ Caleb Matthews u Gabriel Cassar. Luxol għalqui t-taqsima b’ħames punti konsekuttivi minn Howard biex żammew vantaġġ ta’ 11 -il punt fi tmiem it-taqsima 76-65. Fl-aħħar sessjoni, Athleta għamlu sforz qawwi u wara li kellhom trippla ta’ Billy Zammit, għaqqdu run ta’ 9-3 b’punti ta’ Matthews u James għal skor ta’ 83-77. L-aħħar minuti kienu intensi, b’Howard ta’ Luxol jagħmel trippla għal skor ta’ 90-83. Athleta kellhom il-punti minn Xuereb, James u Cefai biex fl-aħħar minuta d-distakk niżel għal punt 92-91. Żewġ free-throws fuq kull naħa ħallew l-istess distakk, iżda l-aħħar tentattiv ta’ Xuereb ma daħalx biex Luxol ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 95-93.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 31, A. Azzopardi, I. Azzopardi 2, V. Jandric 17, JP Schembri, N. Xuereb 14, N. Bukva 1, C. McCrary 16, M. Matijevic 4, S. Cappello 10.
Athleta AtoZ: C. Matthews 23, K. James 36, B. Zammit 5, R. Vitale 11, I. Xuereb 5, L. Borg 2, E. Abela, A. Bozanic, M. Farrugia, A. Garzia, J. Cefai 8, G. Cassar 3.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi.
//= $special ?>