Minkejja kundanna ċara mill-Kamra tal-Kummerċ u mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, il-Prim Ministru qed jipprova jibqa’ jiddefendi l-mossa tiegħu li joħroġ għonqu għall-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri. B’Robert Abela qed jiġġustifika l-fatt li Amanda Muscat ma ħadmitx mal-Ministeru għal Għawdex, għaliex skont hu “ħadmet għall-Gvern ta’ Malta.”
Robert Abela kien qed jagħti kummenti lill-midja barra l-Parlament, fejn f’punt minnhom anke ftaħar li kien hu li keċċa lil Amanda Muscat. Iżda qatt ma wieġeb fuq l-eluf ta’ ewro li daħħlet fil-but il-mara tal-Ministru għal xogħol li m’għamlitx.
Dak li qal dalgħodu Robert Abela quddiem il-Parlament jikkonferma li l-Prim Ministru se jibqa’ jżomm miegħu lil dawn iż-żewġ Ministri li kisru l-etika u l-istandards tal-ħajja pubblika. Agħar minn hekk, qed jiddefendi każ ċar ta’ serq minn flus il-poplu.
//= $special ?>

