Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna fil-Parlament dalgħodu li l-Prim Ministru Robert Abela wera li hu dgħajjef, kompliċi u kompromess li għandu x’jaħbi u jrid iħalli kollox għaddej u ma jiħux passi għax jikxfulu għawwaru fl-iskandlu tal-mara tal-Ministru Clayton Bartolo li ħadet €70,000 għal xogħol li m’għamiltx kif stabbilixxa l-Kummisarju għall-Istandards.
Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan il-każ wera li l-Prim Ministru mhux fit-tmun tal-pajjiż u ma jinteressahx mill-Maltin u l-Għawdxin. Il-Prim Ministru għandu biss kliem fieragħ għall-Għawdxin u hu biss il-PN li għandu lil Għawdex f’qalbu u fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Għalhekk il-poplu għandu jivvota lill-PN għaliex dan ma jittradih qatt, sostna Bernard Grech.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ma jistax ikun li ma jitkellimx dwar l-estimi għal Għawdex meta hawn dan l-iskandlu li jolqot il-fondi tal-Ministeru għal Għawdex u sostna li l-gvern jipprova jimpressjona li għandu lil Għawdex għal qalbu.
Taħt il-qoxra hemm gvern li qed iħares f’wiċċ in-nies u jitmejjel bih f’wiċċu, sostna Bernard Grech, li kompla li l-poplu hu diżgustat. Il-Ministru għal Għawdex suppost hu l-Ministru għal Għawdex iżda fil-verità hu l-padrino li jmur il-kollega Ministru Clayton Bartolo u jgħidlu kif se jitmejlu bin-nies għal darb’oħra. Il-Ministru Camilleri qallu biex iħalli fidu u lill-mara tiegħu jpoġġiha taparsi konsulenta fil-Ministeru għal Għawdex u xorta titħallas.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern qed jagħmel minn kollox biex jisraq il-vot tal-poplu biex jibqa’ jħawwad. L-iskanndlu tal-mara tal-Ministru Bartolo laqat l-essenza ta’ dak li qed iħossu l-Maltin u l-Għawdxin.
Bernard Grech kompla li anki l-Eks Miistru Evarist Bartolo qal li n-nies qed jgħidu lill-gvern biex ma jibqax jitratta lin-nies ta’ imbeċilli.
Ma jistax ikun li l-gvern imur quddiem il-poplu li jbati u jmur għax-xgħol kuljum u l-gvern stess jobżoqlu f’wiċċu u jgħidlu ‘sorry’, li tfisser biss li qed jiddispjaċihom li nqabdu. Il-gvern sar ġgajta ta’ individwi li jingħaqdu biss biex jaraw kif se jisirqu lill-poplu biex huma jkomplu jgawdu, sostna Bernard Grech.
Hu kompla li l-gvern qed jisraq lill-poplu kuljum fil-ministeri; mill-iskandlu tal-benefiċċji, għas-serqa tal-block-chain, tal-mara tal-Ministru Bartolo, fit-taħwid fil-kultura u fid-diversi skandli oħra.
Il-Kap tal-PN qal li l-Għawdxin qed jitkellmu fil-miftuħ u issa l-biża’ tal-poplu waqfet, sostna Bernard Grech, li kompla li l-Prim Ministru wasal biex anki gideb lin-nies tiegħu fil-counting hall fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Bernard Grech kompla li l-poplu bagħat sinjal f’dawk l-elezzjonijiet li għaddew iżda l-gvern ma tax kas dak is-sinjal tant li minn Ġunju li għadda l-gvern baqa’ jġib ruħu fl-istess mod arrogranti u intimidatorju waqt li jara lill-poplu bħala oġġett li jista’ jibqa’ juża biex il-gvern jibqa’ jitħanżer.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-mara tal-Ministru Bartolo ħadet €70,000 talli ma tagħmel xejn. Pulizija jdum tliet snin biex jaqilgħu €70,000, għalliem jagħmel tliet snin għal €70,000, infermier idum sentejn waqt li tabib ma jarax €70,000 f’sena. Il-ministri tal-gvern huma allat li jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom fil-pajjiż, m’għandhom indiema ta’ xejn u ma jistħu minn waħdu minn xejn, sostna Bernard Grech, li qal li fuq kollox, il-Prim Ministru ddikjara li l-każ tal-mara tal-Ministru Bartolo hu magħluq.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern se jibqa’ jisraq u jitmejjel bil-poplu iżda l-poplu qed jgħidlu li issa mxebba’ u issa daqshekk għax ma jiflaħx iktar lil dan il-gvern. Bernard Grech kompla li dawk id-deputati Laburisti li mhumiex kuntenti b’din is-sitwazzjoni, għandhom jitkellmu fil-pubbliku; iżda ma jitkellmux għaliex iridu jibqgħu protetti biex jagħmlu li jridu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għall-PN, Għawdex hu prijorità u mhux se jħalli ministru jisraq €70,000 mill-budget biex itihom lill-mara tal-ministru sieħbu. Suppost din kienet konsulent iżda mhux stabbilit x’konsulenza tat, sostna Bernard Grech, li l-mara tal-Ministru Bartolo li ħadet €70,000 ma kellha l-ebda komeptenza u kwalifika biex tkun konsulent tal-Ministru Camilleri.
Bernard Grech qal li l-Ministru għal Għawdex qal li ma jafx li l-mara tal-Ministru Bartolo tqabbdet konsulenza mal-Ministru għal Għawdex. Jiġifieri l-Ministru Camilleri ma jafx x’inhu jiġri fil-Ministeru għal Għawdex.
Hu appella lis-Segretarji Pernamenti biex ma jħallux lill-Ministri jisirqu flus il-poplu għaliex xogħolhom hu li jagħmlu s-sewwa.
//= $special ?>

