Il-Partit tal-Labour m’għadu Laburista xejn; minflok qed jagħżel bejn persuna u oħra. Robert Abela għandu attitudni ma’ tal-qalba mod u imġiba mod ieħor ma’ ħaddieħor.
Sostna dan ix-Shadow Minister Charles Azzopardi meta flimkien max-Shadow Minister Ian Vassallo indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-iskandlu ta’ Amanda Muscat, dik li kienet il-ħabiba ta’ Clayton Bartolo u issa l-mara tiegħu, li ngħatat impjieg ta’ konsulenza darbtejn mingħajr m’għamlet ix-xogħol rikjest minnha; b’paga li taqbeż dik ta’ Prim Ministru.
Azzopardi saħaq li l-Prim Ministru Robert Abela mingħalih li għandu poter jagħmel li jrid. U mhux jimxi b’mod rett ma’ kull ħaddiem – minkejja li wara l-elezzjonijiet ta’ Ġunju kien ħareġ jattakka lill-ħaddiema taċ-ċivil bil-cushy jobs.
L-azzjonijiet ta’ Robert Abela, jew in-nuqqas tagħhom, waslu għal kritika tal-MEA u l-Kamra tal-Kummerċ bix-Shadow Minister Ian Vassallo jisħaq li l-imġiba tal-Prim Ministru toħloq ferita kbira qalb in-nies u l-ħaddiema.
Huwa saħaq li tali episodji jwasslu għal qtigħ il-qalb fost il-familji Maltin u Għawdxin partikolarment iż-żagħżagħ li wara snin ta’ studju u stinkar jispiċċaw jaraw l-inġustizzji minn min suppost qed jimxi bl-eżempju u r-rettezza.
Huma saħqu li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jwassal it-tama u jassigura li tali imġiba xprunata minn Gvern Laburista fl-aħħar snin tieqaf għal kollox.
//= $special ?>