Il-President-Elett Donald Trump mistenni jaħtar lil Michael Waltz bħala konsulent tiegħu f’materji ta’ sigurta nazzjonali.
Waltz huwa veteran tal-gwerra, u serva fl-Afganistan għal diversi snin. Huwa wkoll membru tal-Kungress Amerikan, u sostenitur ferventi ta’ Donald Trump.
Rapporti fil-media qed jindikaw li Michael Waltz jaf ikollu jirriżenja mill-Kungress kemm-il darba jagħżel li jiċċaqlaq għal din il-kariga importanti fil-White House.
Intant, qed jissemma’ wkoll l-isem tas-Senatur Marco Rubio illi jaf ikun il-magħżul ta’ Donald Trump biex iservi bħala Segretarju tal-Istat Amerikan.
Is-Senatur Repubblikan minn Florida kien wieħed mill-kandidati Republikani kontra l-istess Donald Trump lura fl-2016. Min dak iż-żmien jidher li Rubio sar alleat ewlieni ta’ Trump, anke jekk il-kampanja tar-Repubblikani fl-2016 kienet waħda qalila immens mimlija attakki personali.
Iż-żewġ personalitajiet minn Florida magħrufa għall-pożizzjonijiet iebsa taghhom kontra iċ-Ċina qegħdin viċin ħafna li jkunu żewġ individwi influwenti fil-Kabinett tal-President-elett Donald Trump.
Hu mifhum li Trump mistenni jagħmel għażliet interessanti u…fl-istess ħin kontroversjali, anke minħabba l-fatt li kemm is-Senat u wisq probabbli anke l-Kungress se jitmexxew mir-Republikani. Dan ifisser li l-konferma ta’ uħud mill-membri tal-amministrazzjoni ser tkun iktar faċli.
Donald Trump fl-aħħar jiem ħabbar ukoll li Susie Wiles, li kienet qed tmexxi l-Kampanja tieghu, ser tkun iċ-Chief of Staff ta’ Trump filwaqt li l-ex Uffiċjal tal-Imigrazzjoni Tom Homan ser ikun maħtur biex imexxi l-programm ta’ deportazzjoni massiva li wiegħed Donald Trump.
Qed jingħad ukoll li l-membru fil-Kungress Amerikan Elise Stefanik mistennija tiġi nominata bħala ambaxxatru għan-Nazzjonijiet Uniti,
//= $special ?>