Ivan Bartolo, PN
Ix-Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo qal fil-Parlament li l-gvern għadu ma jridx japprova abbozz ta’ liġi dwar il-ħela tal-ikel.
Ivan Bartolo qal li fil-15 ta’ Mejju 2023, il-PN ressaq abbozz ta’ liġi dwar il-ħela tal-ikel b’soluzzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ikel fi żminijiet ta’ kriżi. Hawn ħafna familji li s-sigurtà tal-ikel tinħass kontinwament. Dan l-abbozz hu ċar minħabba sfidi soċjali li jirrappreżenta sfidi ambjentali u soċjali.
Ivan Bartolo qal li mhux biżżejjed li l-Ministru Refalo jgħid li jemmen f’dan l-abbozz għaliex wara sena u nofs il-gvern għadu ma ressaqx dan l-abbozz.
Hemm xi ħaġa li qed iżżomm l-abbozz dwar il-ħela tal-ikel milli jidħol, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-gvern ma ħax l-opportunità biex juri li hu ‘l fuq mill-partiġjaniżmu; u l-gvern qed jibqa’ jwebbes rasu. Dan hu abbozz dwar il-foqra u m’għandux sigurtà tal-ikel. Hu qal li qed jonqos ir-rispett lejn min jaħdem il-ġid komuni; u din mhijiex il-politika li emmen fiha l-PN.
Ivan Bartolo kompla li l-PL qatt ma ppreżenta proposta waħda meta kien fl-Oppożizzjoni iżda l-PN ma jaħdimx hekk u qed jipproponi anki meta hu fl-Oppożizzjon. Il-gvern jippreferi li l-ikel jintrema minflok li dan imur għand il-vulnerabbli.
//= $special ?>