Minkejja li ftit tal-jiem ilu l-Gvern wiegħed pjan biex ma jkunx hemm konġestjonijiet ta’ traffiku waqt l-avveniment tas-Sigma… il-pajjiż reġa’ spiċċa staġnat f’diversi zoni fl-akkwati tal-Marsa. Tant li eluf ta’ persuni spiċċaw jikkummentaw fuq il-midja soċjali dwar dan il-fjask fit-toroq.
Net News jinsab infurmat li sa minn nofsinhar dehru sriebet twal ta’ karozzi saħansitra mill-Furjana, direzzjoni lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Anke n-naħat ta’ Raħal Ġdid, Ħal Luqa u ż-Żejtun kienu ġġamjati bit-traffiku.
Il-Gvern kien ħareġ jgħid li sabiex ma jinġemax traffiku waqt dan l-avveniment, Transport Malta ħejjiet pjan b’diversi miżuri ġodda. Iżda huwa evidenti li dan is-suppost pjan falla kompletament.
//= $special ?>