Lokali Parlament

Il-kooperattivi għandhom ikunu informati dwar l-iskemi


Robert Cutajar, PN


Il-Whip tal-Oppożizzjoni u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Kooperattivi Robert Cutajar appella fil-Parlament biex il-kooperattivi jingħataw prijorità u jingħataw informazzjoni dwar l-iskemi li minnhom jistgħu jibbenefikaw.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Robert Cutajar tkellem dwar il-kooperattivi u appella lill-gvern biex il-kooperattivi tas-sajjieda u l-bdiewa jħossu li hemm awtoritajiet li jagħtu kashom. Dawn għandhom jingħataw id-dettalji għaliex dawn mhumiex ikunu informati dwar skemi li minnhom jistgħu jibbenefikaw.

Robert Cutajar appella lill-Ministru Anton Refalo biex jintbagħat messaġġ pożittiv lill-poplu Malti u l-abbozz dwar il-ħela tal-ikel imressaq mill-PN ikun imressaq u approvat.

Id-deputat Nazzjonalista irringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fid-Direttorat u appella biex isir l-investiment fil-body cams. Hu appella wkoll lill-poplu Malti biex ma jattakkawx lil dawn l-uffiċjali li jwettqu xogħol ġenwin.

Robert Cutajar kompla li l-PN kien ressaq proposta biex, bil-liġi, kull kunsill lokali jkollu kunsillier responsabbli mill-annimali. Għandu jkun il-ministeru responsabbli li jara li din il-liġi qed tkun osservata.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-petting farm għadu ma jaqax taħt dan il-ministeru u sostna li dan għandu jaqa’ taħt dan il-ministeru. Hu sellem lill-ħaddiema li jwasslu kultura favur l-annimali fl-iskejjel u fid-day centres.

Robert Cutajar sostna li fil-Mellieħa hemm proġett biex jinġiebu €1 miljun f’fondi biex kumpless ta’ rziezet abbandunati f’Selmun jerġgħu jingħataw il-ħajja. Dan il-proġett fl-2012 sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa immexxi meta hu kien kien Sindku tal-Mellieħa. Dawn l-irziezet tħallew abbandunati iżda issa jidher li hemm rieda biex dan il-proeġġt isir u tingħata ħajja lill-ħidma tal-bdiewa. Hu appella biex il-Gvern jghin lill-Kunsill Lokali biex dan il-progett jerġa’ jingħata l-ħajja wara snin ta’ abbandun.