Il-Qorti tal-Appell Olandiża frankat lill-kumpanija Shell mill-obbligu li tnaqqas it-tniġġis b’45%.
Il-Qorti qalet li ma setgħetx tistabbilixxi l-ammont partikolari ta’ tniġġis li kellha tnaqqas skont il-liġi. Madanakollu sostniet li l-kumpanija kellha obbligu lejn in-nies biex tnaqqis l-emissjonijiet.
Il-kawża kienet infetħet 3 snin ilu mill-Friends of the Earth flimkien ma’ 17,000 ċittadin Olandiż.
Huma riedu li jitnaqqas it-tniġġis biex jiġu osservati l-livelli maqbula fit-Trattat ta’ Pariġi.
Kelliem għall-Friends of the Earth sostna li mhux se jaqtgħu qalbhom u se jkomplu bil-kawża, għaliex il-Qorti tal-Appell irrevokat deċiżjoni tal-ewwel Qorti.
Min-naħa l-oħra, il-kumpanija Shell laqgħet id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell u żiedet tgħid li l-miri tagħha li sal-2030 tnaqqas it-tniġġis mill-prodotti tagħha b’madwar 20% ser tagħmel minn kollox biex tilħaqhom.
//= $special ?>