Minuta qabel kien hemm id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus fir-ritratt, minuta oħra poġġew student minfloku.
Huwa dan il-verdett tal-gazzetta Times of Malta hekk kif il-Water Services Corporation ippubblikaw ritratt fuq Facebook fejn fih suppost qed jidher ix-Shadow Minister Ryan Callus iżda r-ritratt ġie manipulat tali mod li tneħħa Callus u qiegħdu floku raġel.
Għaldarb’oħra l-Gvern inqabad ixerred ritratti fażulli imma din id-darba l-photoshop ma kienx jinvolvi bankina fis-Siġġiewi, imma lil Ryan Callus, Deputat Parlamentari Nazzjonalista li l-WSC ma riduhx jidher fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.
Ir-ritratt oriġinali ttieħed fis-6 ta’ Novembru, waqt it-tielet edizzjoni tal-Engineer Your Career, organizzat mill-Kamra tal-Inġinjiera – l-istess Kamra li ppubblikat fuq Facebook l-istess ritratt fejn jidher proprju Ryan Callus minflok dan ir-raġel imqiegħed permezz ta’ photoshop mill-Korporazzjoni.
Ironikament, it-Times innotaw li mhux talli r-ritratt ġie edited, imma talli ġie rranġat ħażin hekk kif tidher traċċa ta’ idejn Ryan Callus.
Meta l-gazzetta għamlet kuntatt mal-Water Services ammettew dak li sar u qalu li ma ridux li jidher xi politikant fir-ritratt tagħhom u, għaldaqstant, iddeċidew li jeliminawh u jitfgħu persuna oħra minfloku.
//= $special ?>