Mill-inqas 35 persuna nqatlu u 43 oħra ndarbu wara li raġel saq għal fuq folla ta’ nies li kienu fi stadium fin-Nofsinhar taċ-Ċina.
Is-sewwieq – li kien identifikat bħala raġel ta’ 62 sena, – saq l-SUV tiegħu u baqa’ għaddej minn fuq il-folla li kienet fiz-zona.
Il-Pulizija qalet li s-sewwieq ġie arrestat hekk kif prova jaħrab… u jinsab midrub kawża ta’ grieħi kkawżati minnu stess.
Il-President Ċiniż Xi Jinping sejjaħ għal “piena severa” għal min wettaq dan ir-reat.
L-inċident seħħ f’Zhuhai, li din il-ġimgħa qed tospita airshow militari internazzjonali li jsir ta’ kull sena.