“Kont imċaħħad mill-familja biex naqdi l-missjoni li ġejt imqabbad li nagħmel minn Eddie Fenech Adami. Kburi imma li servejt lill-poplu.”

Fil-programm PROFILI tal-lejla, Richard Muscat, Eks Segretarju Parlamentari fis-snin 90 se jkun qed jaqsam magħna siltiet minn ħajtu. Episodji li ħallew marka fuq il-futur tal-Partit Nazzjonalista imma fuq kollox, dak tan-nazzjon.
Matul il-programm se nisimgħu rakkonti li rari ntqalu, bil-profil jaqsam magħna, kemm il-mumenti ta’ niket iżda wkoll il-mumenti ta’ ferħ.
“Konna xandarna barra mill-istudio, l-unika darba… morna fejn it-torri, biex nindikaw u nwasslu messaġġ li aħna hawn.”

Żgur li se nolqtu l-eżilju tiegħu fi Sqallija, fejn hemmhekk serva billi xandar il-fatti u l-aħħar żviluppi politiċi matul is-snin 80.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jara l-programmi kollha ta’ PROFILI fuq YouTube u jsegwi l-ewwel staġun ta’ PROFILI fuq Spotify.
