Il-Prim Ministru Robert Abela jrid jibqa’ jtawwal iż-żmien u jinħeba wara l-Kumitat Parlamentari tal-Istandards. Dan minkejja l-evidenza ċara ta’ frodi li ġiet preżentata mill-Kummissarju tal-Istandards fir-rapport iebes li ħareġ il-ġimgħa li għaddiet.
Meta mistoqsi minn NET NEWS dwar l-iskandlu ta’ Amanda Muscat, dik li kienet il-ħabiba tal-Ministru Clayton Bartolo…i ssa l-mara tiegħu… il-Prim Ministru kompla jiddefendi kemm lilu imma anke lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
Robert Abela wera biċ-ċar li se jkompli jinħeba wara l-Kumitat tal-Istandards. Dan minkejja li fuqu hemm pressjoni enormi mill-bqija tal-Kabinett.
Bil-Prim Ministru jibqa’ jkaxkar saqajh, u jinsisti li jrid jistenna d-diskussjoni fil-Kumitat Parlamentari.
Intant, NET NEWS staqsa wkoll lil diversi deputati Laburista dwar dan l-aħħar skandlu ta’ serq minn flus il-poplu, fejn kollha dehru skomdi immens. Dan apparti li ħarbu milli jwieġbu jekk huma personalment kenux lesti jimpjegaw lill-mara jew lir-raġel tagħhom fi ħdan il-Ministeru tagħhom.
//= $special ?>