Is-Sinjura AnneMarie Grech laqgħet lill-NGOs fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista biex toffrilhom donazzjoni li nġabret fl-attivita li saret minnha il-Belt.
Europa Donna u Action for Breast Awareness Foundation jaħdmu kontinwament biex jgħinu lin-nies vulnerabbli li jkunu għaddejjin mill-marda qerrieda tal-kanċer.
Waqt il-laqgħa dawk preżenti tkellmu fuq l-iżviluppi li saru fil-qasam tal-kura tal-kanċer u fuq kemm hemm bżonn li nsiru iktar konxji mis-saħħa tagħna sabiex nevitaw il-mard.
Iktar ‘il quddiem se tingħata wkoll donazzjoni lill-RIDT.
//= $special ?>