Lokali Parlament

Il-gvern għandu jieqaf jimmanipula lill-ħaddiema tal-PBS


Claudette Buttigieg, PN


Ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete Claudette Buttigieg sostniet li l-gvern għandu jieqaf jimmanipula lill-ħaddiema tal-PBS.

Claudette Buttigieg sellmet lill-ħaddiema tal-PBS u qalet li ħafna minnhom qed ikunu manipulati u qalet li l-PBS hu l-istazzjon tal-pubbliku u mhux tal-gvern.

Il-PBS hu ta’ min iħallas it-taxxa u mhux tal-Prim Ministru, ma jitmexxiex minn Kastilja. Għalhekk mhux aċċettabbli li uffiċjal għoli fil-PBS jirċievi email u jibgħatha Kastilja biex jieħu l-pariri; dan hu inaċċettabbli.
Il-ħaddiema tal-PBS iridu jifhmu r-rwol tagħhom li għandhom obbligu lejn il-poplu li jkunu ta’ servizzi għan-nies għaliex jitħallsu mit-taxxi tal-poplu.

F’sentenza li ta fl-aħħar ġranet, il-Qorti qalet li l-PBS jista’ jxandar il-messsġġi iżda wissiet li għandu jkun hemm mod iktar politikament sensibbli u li d-doża tkun kontrollata biex il-bilanċ ikun rispettat. Il-Qorti qalet li fuq il-PBS reġgħu xxandru messaġġi informattivi u edukattvi iżda appellat biex ma jiddardarx l-ilma li jrid jixrob minnu kulħadd.


Claudette Buttigieg appellat lill-ħddiema tal-PBS biex ma jitħallewx jiġu wżati. Hi appellat ill-ħaddiema tal-PBS biex iżommu quddiem għajnejhom kif il-ministri Camilleri u Bartolo waħħlu fis-Segretarji Permaneit għall-impjieg tal-mara tal-Ministru Clayton Bartolo.