Lokali

Impatt bejn il-Fast Ferry u dgħajsa fl-Imġarr

Ħadd ma weġġa’ wara li ftit qabel is-7am, il-vapur tal-Fest Ferry baqa’ dieħel f’dgħajsa fil-port tal-Imġarr.

Diversi persuni qalu li l-vapur kellu xi ħsarat – u b’konsegwenza t’hekk, ir-riħ tefgħu fuq id-dgħajsa li kienet marbuta.

Dan wassal ukoll biex il-vapuri tal-Gozo Channel, għal xi ħin, ma setgħux jidħlu jew joħorġu mill-port.

Dan il-Fast Ferry kien skedat li jitlaq minn Għawdex fis-6.45am, iżda spiċċa telaq tliet kwarti tard.