Il-partita ta’ ħbiberija ta’ għada l-Ħamis fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Malta u Liechtenstein, hija s-sitt waħda bejn iż-żewġ pajjiżi. Partita li għandha sservi ta’ tħejjija għat-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Davide Marotta għal partita ta’ nhar it-Tlieta, l-aħħar waħda mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tan-Nations League kontra Andorra.
Liechtenstein huwa wieħed mill-uniċi pajjiżi fejn it-tim Nazzjonali Malti qatt ma tilef. Mill-ewwel partita fl-1981 li ntemmet 1 – 1, Malta rebħet erba’ partiti konsekuttivi fl-2008 bl-iskor kbir ta’ 7 – 1 f’Ta’ Qali, fejn Michael Mifsud kien skorja ħames gowls tnejn minnhom minn penalties, 2 – 1 fl-2012, fl-istess sena 1 – 0 f’Vaduz, u 3 – 0 fl-aħħar partita f’Ta’ Qali fl-2020 li kienet l-aħħar partita ta’ Mifsud għal Malta u li dakinhar ukoll kienet bi tħejjija għal partita kontra Andorra.
Għat-tim Malti, l-partita ta’ għada fis-7pm f’Ta’ Qali m’għandhiex tkun problema kontra Liechtenstein fil-200 post fir-ranking tal-FIFA kontra l-169 post li jinsab fiħ it-tim Nazzjonali Malti
//= $special ?>