Għat-tieni jum konsekuttiv, il-pjan tal-Gvern biex jikkontrolla t-traffiku reġa’ falla. Dan hekk kif iz-zona tal-Marsa spiċċat mill-ġdid f’kokofonija sħiħa, u ġenn ta’ karozzi – mingħajr ebda traffic management u gwida ċara għas-sewwieqa.
It-traffiku qed jestendi mill-Kappara sa Raħal Ġdid, b’mijiet ta’ persuni jikkuntattjaw lil Net News biex jispjegaw is-sitwazzjoni diffiċli li qed jaffaċċjaw f’dawn il-jiem.
Il-midja Laburista ilha diversi ġranet tippubblika propaganda biex isserraħ ras in-nies li l-avveniment Sigma jinsab taħt kontroll.
Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet kitbu artiklu fejn qalu li: “sabiex ma jinġemax traffiku waqt dan l-avveniment, Transport Malta ħejjiet pjan b’diversi miżuri ġodda. Pjan b’zoni differenti, għall-vetturi differenti, sabiex kemm min se jattendi din l-attività, kif ukoll min jgħaddi minn dawn l-akkwati, kemm jista’ jkun ma jkunx affettwat.” Iżda l-fatti juru, li dan il-pjan falla!
U llum, għat-tieni jum konsekuttiv, reġa’ kien hemm rebus sħiħ f’din iz-zona tal-Marsa u l-lokalitajiet viċin.
//= $special ?>