L-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, irriżenja mill-pożizzjoni tiegħu wara li ħareġ fil-beraħ kif Church of England ħbiet abbuż sesswali fuq minorenni.
Dan ħareġ minn rapport li sar li żvela kif l-avukat John Smyth abbuża minn tal-anqas 130 tifel waqt summercamps fuq firxa ta’ ħames deċenji fi tliet pajjiżi differenti fir-Renju Unit u fl-Afrika. Smyth qed ikun akkużat li wettaq abbuż fiżiku, sesswali, psikoloġiku, u spiritwali fuq il-vittmi tiegħu.
Smyth miet fl-età ta’ 75 sena f’Cape Town fl-2018 meta kien għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija ta’ Hampshire. Ir-rapport ikkonkluda li huwa kien jaffaċċja l-akkużi fil-Qorti Ingliża kieku Welby għamel rapport formali lill-Pulizija mal-mument li sar Arċisqof 11-il sena ilu.
Ir-riżenja ta’ Welby ġiet aċċettata mir-Re Charles nhar it-Tlieta li għadda.
//= $special ?>