Luke Bajada kien il-protagonista għal Qormi Daikin li spiċċaw fi draw ta’ 4-4 kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks meta skorja erba’ gowls u għen lit-tim tiegħu jgħaddi għall-finali taċ-Challenge Cup.
Kienet logħba ferm bilanċjata u akkanita bejn tnejn mill-aqwa timijiet tal-hockey lokali. Il-Qriema dejjem kienu minn fuq iżda ż-Żrieraq dejjem għarfu jġibu l-iskor indaqs.
Hekk kif Luke Bajada skorja erba’ gowls, Żurrieq sabu x-xibka permezz ta’ Kurt Bonnici, Christ Agius, Gary Bonnici u Alessandro Amore.
Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin fil-finali taċ-Challenge Cup.
L-umpires kienu Glen Bonello u Karl Chircop.
Kampjonat ta’ taħt is-16-il sena
F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 3-2. Giorgio Muscat kompla jżid mal-gowls li diġa’ skorja matul dan l-istaġun meta skorja doppjetta filwaqt li Liam Carabott żied ieħor għal Qormi. Damien Lupu u Kyran Carabott naqqsu l-marġni tal-iskor għal Marsaskala.
L-umpires kienu Karl Chircop u Oscar Toledano.
//= $special ?>