Melita Limited raħset ir-rati tar-roaming f’25 pajjiż barra l-UE u r-Renju Unit b’mod sinifikanti. Fil-fatt, dawn ir-rati niżlu minn sa €15 kull megabyte għal 10 ċenteżmi biss. B’riżultat ta’ dawn il-bidliet, il-klijenti ta’ Melita jistgħu jgawdu minn rati ta’ roaming baxxi ħafna f’60 pajjiż barra mill-UE.
Barra minn hekk, il-klijenti ta’ Melita li jivvjaġġaw lejn il-Brażil, il-Costa Rica, l-Ekwador jew il-Marokk qabel il-31 ta’ Diċembru, se jibbenefikaw minn skont ta’ 50 fil-mija fuq id-data roaming. Dan ifisser li se jkunu qed iħallsu biss 5 ċenteżmi għal kull megabyte matul dan iż-żmien, u b’hekk ir-rati tar-roaming f’dawn id-destinazzjonijiet ikunu konformi mal-aktar affordabbli ta’ Melita.
Ir-rati ġodda tar-roaming ta’ Melita jaffettwaw ukoll it-telefonati lejn Malta mill-pajjiżi inklużi f’dan l-aħħar aġġornament. Dawn tnaqqsu minn €3.39 kull minuta għal €0.50 kull minuta.
Kevin Borg, CCO ma’ Melita qal: “Hekk kif aktar nies jagħżlu li jivvjaġġaw barra mill-Ewropa għal divertiment u negozju, Melita qed taħdem ħafna biex tagħmilha aktar faċli li tibqa’ f’kuntatt mal-maħbubin u l-kollegi f’Malta. Ir-rati tar-roaming il-ġodda tagħna għamlu t-telefonati u d-data ferm orħos f’25 pajjiż ieħor madwar l-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-Karibew. Kemm jekk tkun fis-Senegal, fl-Arabja Sawdija jew f’Saint Kitts & Nevis, li tibqa’ konness saret ħafna iktar affordabbli.”
//= $special ?>