Minkejja s-sitwazzjoni kaotika li kien hemm fl-aħħar ġranet fil-Marsa minħabba l-konferenza Sigma, il-Ministru tat-Trasport Chris Bonnet qal fil-Parlament dalgħodu li s-sitwazzjoni tat-traffiku fil-Marsa minħabba din il-konferenza tjiebet fuq is-sena li għaddiet.
Kien il-Ministru tat-Trasport Chris Bonnet li fil-Parlament wieġeb diversi mistoqsijiet parlamentari tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li nsistew għal tweġibiet kif din is-sena wkoll il-pajjiż kien iġġammjat proprju minħabba din il-konferenza.
Id-dikjrazzjonijiet tal-Ministru Bonnet huma fil-fatt ammissjoni li l-gvern ma kellux soluzzjonijiet quddiem is-sitwazzjoni kaotika li nħolqot fl-aħħar ġranet minħabba l-konferenza Sigma li qed issir fil-Marsa.
Il-Ministru Bonnett qal li kien inevitabbli li se jkun it-traffiku fil-Marsa għaliex għal din il-konferenza qed jattendu madwar 40,000 persuna. Hu kkompara din is-sitwazzjoni ma’ logħba football fejn skont hu jkun hemm konġestjoni kbira ta’ traffiku.
Il-Ministru Bonnett issimpatizza ma’ dawk l-eluf ta’ Maltin li lbieraħ kienu ġġammjati fit-traffiku u ammetta li anki hu weħel fit-traffiku.
Chris Bonnet ikkritika lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għaliex ilbieraħ tella’ post fuq il-midja soċjali dwar is-sitwazzjoni kaotika fil-Marsa. Il-Ministru Bonnet m’ammettiex li ħafna mill-proposti li qed jgħid li se jimplimenta fil-fatt kienu proposti li għamel il-PN u qal li dawn il-proposti kienu jintqalu wkoll mill-imsieħba soċjali.
Meta wieġeb diversi mistoqsijiet parlamentari tad-deputati Nazzjonalisti Mark Anthony Sammut, Graziella Attard Previ u Robert Cutajar, il-Ministru Bonnet qal li għal din il-konferenza kien hemm trasport bil-baħar iżda dan jista’ jkun imtejjeb. Hu qal ukoll li għas-sena li ġejja l-parti Maltija ta’ din il-konfernza se ssir f’Settembru biex jitnaqqas il-konġestjoni tat-trakki.
//= $special ?>