Fl-International Flanders Open li sar f’Mechelen, il-Belġju, żewġ kategoriji ewlenin intrebħu minn parteċipanti Maltin.
Charlie Aquilina rebaħ il-kategorija tal-Veterani għall-ewwel unur tiegħu ta’ dan l-istaġun. Aquilina fis-semifinali rebaħ kontra l-Belġjan Benoit Massart sabiex fil-finali, għeleb lil Bob Varney tal-Ingilterra bl-iskor ta’ 3-2.
Fl-istess kategorija, John Zammit wasal sal-kwartifinali iżda kien megħlub 1-0 minn Benoit Massart tal-Belġju.
Fil-kategorija Open, George Ebejer ukoll wasal sal-kwartifinali fejn kien megħlub minn Christophe Dheur li eventwalment rezbaħ il-kategorija. Isaac Sam Camilleri kien sfortunat li m’għaddiex mill-fażi tal-gruppi fuq differena tal-gowls.
Fil-kategorija tat-timijiet, suċċess għal Bormla Subbuteo Club li wara li fis-semifinali għelbu 3-0 lil Tiburones ta’ Spanja, fil-finali għelbu 2 – 0 lill- FTC Caen ta’ Franza.
ST Stembert, fejn jilgħab John Zammit, kisbu t-tielet post ta’ din il-kompetizzjoni bid-draw ta’ 1-1 kontra FTC Caen fis-semifinali iżda ġew eliminati b’differenza ta’ gowl.
Langton Green SC ta’ Isaac Sam Camilleri kienu eliminati fil-fażi tal-gruppi.
//= $special ?>