Tabiba ġiet ikkundannata ħames snin u nofs ħabs talli nstabet ħatja li xerrdet informazzjoni falza dwar il-militar Russu, wara li omm waħda mill-pazjenti tagħha rrapportatha lill-awtoritajiet.
Nadezhda Buyanova, fir-rwol tagħha bħala pedjatra, ġiet arrestata wara li l-omm, Anastasia Akinshina ffilmjatha tikkritika l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna.
Buyanova kienet ġiet arrestata fi Frar wara li Akinshina allegat li Buyanova qalet lilha u lil binha li missieru, suldat Russu li Akinshina tgħid li nqatel fl-Ukrajna, kien mira leġittima għat-truppi ta’ Kyiv.
Matul is-sessjoni pedjatrika tagħhom, Akinshina qalet lil Buyanova li l-gwerra fl-Ukrajna bdiet kaġun ta’ Moska.
Buyanova wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u saħqet li hi qatt m’għamlet dawn il-kummenti li allegata bihom. Il-każ tagħha ġibet l-attenzjoni tal-pubbliku tant li iktar minn 6,500 persuna ffirmaw petizzjoni sabiex tiġi meħlusa.
//= $special ?>