Lokali

Robert Abela jsejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari hekk kif qed tikber il-pressjoni fuqu

Persuni mill-qalba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista tard ilbieraħ bil-lejl infurmawna li Robert Abela kien sejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari. Dawn il-laqgħat issoltu jsiru fil-jum tal-Ħamis; iżda l-Mexxej Laburista ried akkost ta’ kollox li l-laqgħa ssir illum.

Net News jinsab barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn fil-fatt qed issir din il-laqgħa, li bdiet ftit qabel is-1pm.

Is-sorsi tagħna kkonfermawlna li hemm esponenti fil-Grupp Parlamentari li xejn mhuma kuntenti bil-mod kif qed jaġixxi Abela, speċjalment wara li faqqa’ l-aħħar skandlu ta’ frodi min-naħa tal-Ministru Clayton Bartolo. Pressjoni wkoll fuq il-Ministru Clint Camilleri, li għażel li jagħlaq għajnejh u jibqa’ jħallas lil Amanda Muscat paga ta’ konsulent meta din effettivament baqgħet fl-uffiċċju ta’ żewġha.