Suċċess ieħor għat-tri-atleta KEITH GALEA li fil-half iron man 70.3 li saret f’Antalya, it-Turkija, temm fit-tmien post fil-klassifikazzjoni tal-kategorija u fit-28 post fil-klassifika ġenerali.
B’din il-parteċipazzjoni Keith Galea għalaq staġun pozittiv fejn rebaħ il-Birkirkara St.Joseph Tri-Series għat-tnax-il darba b’rekord tal-korsa u l-Kampjonat Nazzjonali tat-triathlon għall-għaxar darba.
F’din l-edizzjoni f’Antalya ħadu sehem xejn anqas minn 1,562 tri-atleta fejn bit-28 post miksub Galea temm f’4 sigħat 12-il minuta u 29 sekonda fejn tejjeb bi tliet minuti fuq il-ħin personali.
Galea fit-taqsima tar-rota fuq medda ta’ 90 kilometru kien b’velocità ta’ 42 kilometru fis-siegħa. Galea seta’ kellu ħin aħjar fejn irriżulta li n-nutrizzjoni b’nuqqas ta’ minerali għal waqt il-kompetizzjoni ma kenitx adatta għas-sħana. Irriżulta li fi tmiem il-kompetizzjoni Galea ntilef minn sensieh minħabba pressjoni baxxa fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm.
L-Antalya 70.3 Half iron-man intrebħet minn Valilii Romanov ta’ Spanja fi 3 sigħat 56 minuta u 3 sekondi li kien biss sekonda distakk fuq Tim Gosnjak tas-Slovenja u 36 sekonda fuq Martin Olsan tar-Repubblika Ceka.
//= $special ?>