Il-kowċ Taljan ta’ 73 sena Claudio Ranieri nħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Roma fis-Serie A. Ranieri se jkun ukoll qed jieħu l-irwol ta’ konsulent għat-tim ta’ Roma biex evntwalment se jkun involut fil-proċess biex jinħata kowċ ġdid.
Din mhix se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Ranieri ma’ Roma hekk kif diġa mexxa lil dan il-klabb darbtejn oħra fil-karriera tiegħu. Hu rtira f’Mejju li għadda wara li b’suċċess mexxa lill-klabb ta’ Cagliari għas-salvazzjoni fis-Serie A.
Hu se jkun qed jieħu post Ivan Juric li tkeċċa wara t-telfa kontra Bologna. Ranieri jibqa’ fost l-oħrajn imfakkar għar-rebħ tal-Premier League ma’ Leicester City fl-2016.
//= $special ?>