Futbol Sport

Harry Kane jistqarr li l-ewwel it-tim nazzjonali mbagħad il-klabb

(Ritratt: EPA)

Il-captain tat-tim nazzjonali Ingliż Harry Kane qal li l-ewwel għażla tal-plejers għadha dejjem tkun it-tim nazzjonali, imbagħad il-klabb.

Dan fid-dawl li fl-aħħar sigħat b’kollox iritiraw tmien plejers mill-iskwadra nazzjonali tat-tim Ingliż għall-partiti mill-UEFA Nations League. Il-plejers li fl-aħħar sigħat irtiraw minħabba injury kienu Declan Rice, Bukayo Saka, Phil Foden, Jack Grealish, Cole Palmer, Levi Colwill, Trent Alexander Arnold u Aaron Ramsdale.

Kane qal li jifhem li dan il-perjodu huwa importanti fl-istaġun. Din kienet l-aħħar skwadra msejħa mill-kowċ interi Lee Carsley hekk kif mill-bidu ta’ Jannar it-tim Ingliż se jkun immexxi mill-kowċ Thomas Tuchel.