“ Il-Partit Nazzjonalista jemmen f’din l-industrija u se nkunu qegħdin inkomplu ninvestu”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħamis waranofsinhar żar il-fiera mtella’ minn Sigma… avveniment li fih ħadu sehem bosta parteċipanti u kumpaniji minn madwar id-dinja kollha u li qed isservi biex is-settur tal-gaming jissaħħaħ permezz ta’ networking bejn kumpaniji li jinsabu Malta u anki lil hinn minn xtutna.
Mal-wasla tiegħu, Bernard Grech intlaqa’ mill-Fundatur ta’ Sigma Eman Pulis.
Hu kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ ma’ wħud mill-kumpaniji li kienu qed jesebixxu s-servizzi tagħhom matul din il-fiera.
Bernard Grech fakkar kif kien proprju Gvern Nazzjonalista li welled din l-industrija numru ta’ snin ilu. Hu qal li avvenimenti bħal dawn huma importanti ferm għal pajjiżna għax iservu bħala promozzjoni għal kapaċitajiet anke tal-ħaddiema Maltin.
Bernard Grech tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni ċara għal pajjiżna… viżjoni li tibbaża fuq mudell ekonomiku li jagħti importanza lill-kwalità ta’ dawn is-setturi.
Preżenti għal din iż-żjara flimkien ma’ Bernard Grech kien hemm id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia, is-Segretarju Ġenerali Micheal Piccinino u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea .
//= $special ?>