Sport

It-tim tal-Veterani f’partita ta’ ħbiberija kontra All Stars Sicilia f’Diċembru li ġej

It-tim nazzjonali Malti tal-veterani se jkun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija internazzjonali fi Stadio Francesco Russo kontra All Stars Sicilia fl-14 ta’ Diċembru li ġej, fi 3pm. Din se tkun il-logħba ta’ ritorn bejn dawn iż-żewġ timijiet hekk kif kienu ltaqgħu madwar sentejn ilu bl-iskor finali jkun dak ta’ 2-2.

Il-kowċ tal-veterani Joe Micallef għażel skwadra ta’ 20 plejer li huma dawn:

Goalkeepers – Justin Spiteri, Roderick Debattista.

Difensuri – Jonathan Pearson, Justin Grioli, Stephen Wellman, Daniel Scerri, Andre Scicluna, Gareth Magri, Leandros Calleja.

Midfielders – Jeffrey Chetcuti, Gareth Sciberras, Jamie Pace, Dino Cachia, Daniel Cremona, Christian Cassar, Charlo Magro.

Attakkanti – Adam Smeir, Ian Zammit, Jean Pierre Mifsud Triganza, Manolito Micallef.