Sport Sport Ieħor

L-eks plejer tal-futbol Diego Forlan megħlub fid-debutt tiegħu fit-tennis

(Ritratt: EPA)

L-eks plejer Urugwajan Diego Forlan tilef fid-debutt tiegħu fit-tennis meta fl-ewwel partita tiegħu fid-doubles, flimkien ma’ Federico Coria, tilfu kontra Boris Arias u Federico Zeballos 6-1 6-2.

F’kummenti wara l-partita, Forlan qal li qatt ma ħaseb li kien se jkun qed jilgħab it-tennis. Hu qal li l-atmosfera kienet waħda inkreddibli hekk kif għad-debutt tiegħu attendew numru ta’ ħbieb u anke familjari.