Il-kummenti tal-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja huma skorretti u bbażati fuq pjanijiet qodma li m’għadhomx rilevanti kif ukoll fuq suppożizzjonijiet skorretti dwar il-proġett ta’ Villa Rosa.
Għall kuntrarju ta’ dak li qiegħda tallega l-Kummissjoni, il-proċess li għaddej bħalissa mill-Awtorità tal-Ippjanar ma jiffaċilitax żvilupp massiv; minflok, tinforza restrizzjonijiet ġodda u ċari, li jillimitaw l-għoli tal-bini u jintroduċu spazji miftuħa pubbliċi ġodda ġewwa art privata biex jibbenefikaw il-komunità, kif ukoll li jipprevjenu espansjonijiet futuri.
Fl-istqarrija tal-iżviluppaturi ntqal li l-Kummissjoni qed tinsisti li tikkritika disinji antiki, minkejja l-kjarifika tagħna li dawn ġew skartati u se jiġu ddisinjati mill-ġdid abbażi tar-riżultati tar-reviżjoni tal-pjan lokali.
Qalu wkoll li jibqgħu impenjati li jwasslu proġett li jallinja aktar mill-qrib mal-ħtiġijiet tal-komunità bil-għan li jinħoloq żvilupp li jsaħħaħ l-ispazji pubbliċi miftuħa, jissalvagwardja l-ambjent, u jattira ditti internazzjonali tal-ogħla kwalità biex issaħħaħ kemm iz-zona lokali kif ukoll l-ekonomija.
//= $special ?>