“Il-mistoqsija li nistaqsi għal darb’oħra hi – meta Yorgen Fenech se jgħaddi ġuri? U jekk dan hux se jiġri qabel ikollu jinħeles mill-arrest, peress li ma tistax iżżomm lil xi ħadd għal dejjem il-ħabs li ma jkunx għadu ġie proċessat.
“Illum sirna nafu li mhux se jiġri żgur qabel Frar għax Martin Bajada, espert maħtur mill-Qorti, qal li jista’ jistampa biss 8,000 paġna kuljum b’rabta mal-każ. Din, u raġunijiet oħrajn redikoli, inkluż dik li Bajada sejjer għal vaganza, huma għaliex l-aktar każ importanti fl-istorja ta’ dan il-pajjiż mhux se jmur għall-proċess illum jew għada”.
Dan huwa t-tħassib ta’ Matthew Caruana Galizia, iben Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista maqtula fis-16 ta’ Ottubru, 2016, fl-età ta’ 53 sena. F’post fuq Facebook huwa kompla jgħid: “li m’hemm l-ebda garanzija li meta jasal Frar mhux se nisimgħu aktar skużi, li f’dak il-punt ikun suspettuż ħafna”. Sostna li l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard għal żmien twil kellu s-setgħa li jirranġa s-sistema tal-Qorti li tinsab għarkupptejha u kollha problemi – iżda l-Ministru baqa’ jagħżel li ma jagħmel xejn. Għaliex?
NET News tkellem ma’ persuna legali midħla sew tal-Qorti li qaltilna li dak li qed jiġri f’dan il-każ huma kollha skużi biex finalment Yorgen Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan qalilna li jekk l-affarijiet ma jiċċaqalqux, Fenech mixli li kien wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, irid jingħata l-pleġġ sal-bidu ta’ Ġunju li ġej,
//= $special ?>