Lokali

“Nhar it-Tnejn kun magħna għal protesta nazzjonali quddiem il-Parlament” – Bernard Grech

Int li qed tisma’, nhar it-Tnejn kun magħna għax dan huwa pajjiżek.

Dan iddikjarah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħamis waranofsinhar fuq Net FM, hekk kif appella lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex nhar it-Tnejn fis-6pm jattendi għal protesta nazzjonli organizzatta mill-Partit Nazzjonalista quddiem il-Parlament bit-tema “Tħallihomx ikomplu jitħanżru.”

Bernard Grech sostna li l-Prim Ministru ma jistax ikompli jidħaq bil-poplu billi jisraqlu flusu.

Ritratt: Martin Agius

Waqt din l-intervista, Bernard Grech saħaq li l-għan ta’ din il-protesta huwa li jitwassal messaġġ lill-Gvern ta’ Robert Abela.

Bernard Grech fisser kif il-poplu ttamma li wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewopew, il-Gvern kien se jipprova jkun iżjed viċin in-nies; però dan ma seħħx.

Ritratt: Martin Agius

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li dan spiċċa Gvern bla ideat.

Bernard Grech stqarr li issa wasalna f’punt fejn mhux in-Nazzjonalisti biss qed jilmentaw, imma l-poplu kollu – għaliex inqabeż kull limitu.

Il-Kap tal-PN appella lin-nies sabiex iwasslu messaġġ ċar bil-preżenza tagħhom fil-protesta ta’ nhar it-Tnejn li ġej.