Lokali

Nhar it-Tnejn: Protesta mill-PN fis-6pm quddiem il-Parlament

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru: Protesta mill-Partit Nazzjonalista quddiem il-Parlament, fis-6pm. Bit-tema “Tħallihomx Jibqgħu Jitħanżru”.

Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn stqarr li “Ġimgħa oħra ta’ skandli mill-Gvern. Għall-korruzzjoni tagħhom qed iħallsu lkoll minn butna. Il-Prim Ministru, għax dgħajjef, jibqa’ jfittex kull skuża u ma jagħmel xejn”.

Dan kollu b’rabta mal-iskandlu li feġġ fl-aħħar jiem fejn il-mara tal-Ministru Clayton Bartolo tħallset €70,000 għal impjieg li ma għamlitx.

Bernard Grech iddikjara li l-poplu qed ipatti għall-iżbalji tal-Gvern filwaqt li huma jibqgħu jitħanżru. Għalhekk il-poplu ma għandux iħallihom.

Kien għalhekk l-appell: Ingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru quddiem il-Parlament, fis-6pm.