MALTA……………..2
LIECHTENSTEIN……….0
Malta: H. Bonello, J. Borg, M. Guillaumier, P. Mbong, E. Pepe, K. Nwoko, M. Beerman, T. Buhagiar, D. Vella, C. Zammit Lonardelli, L. Tabone
Liechtenstein: B. Buchel, M. Goppel, L. Traber, M. Marxer, M. Buchel, A. Sele, F. Saglam, S. Wiesser, D. Salanovic, S. Luchinger, N. Hasler
Referee: G. Correia (Portugall)
Bi tħejjija għall-partita importanti ta’ nhar it-Tlieta li ġej kontra Andorra, it-tim nazzjonali Malti lagħab partita ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kontra l-Liechtenstein fejn rebaħ bl-iskor ta’ 2-0.
Bl-ewwel taqsima tkun pjuttost kwieta miċ-ċansijiet ta’ skor, fit-tieni taqsima t-tim Malti ħareġ fuq l-offensiva u wara biss minuta ċans tajjeb għal Paul Mbong li ra l-konklużjoni fil-baxx tiegħu tkun imdawra f’corner minn Benjamin Buchel.
It-tim Malti fetaħ l-iskor fil-50 minuta meta minn azzjoni personali kien l-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele li b’konklużjoni fil-baxx għeleb għal kollox lil Buchel. Malta rduppjat fit-53 minuta meta kien awtogowl tal-gowlkiper Buchel wara daqqa ta’ ras ta’ Luke Tabone bir-riżultat jibqa’ ma jinbidilx sat-tmiem.
It-tim ta’ Davide Mazzotta jerġa’ jkum impenjat f’partita importanti mill-UEFA Nations League nhar it-Tlieta meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilgħab kontra Andorra.
//= $special ?>