Ronnie O’Sullivan kien eliminat miċ-Champion of Champions turnament li qed isir f’Bolton, fir-Renju Unit. Hu kien eliminat miċ-Ċiniż Xiao Guodong.
O’Sullivan li għandu 45 sena, huwa l-uniku li rebaħ dan it-turnament erba’ darbiet u f’din il-partita rnexxielu jiftaħ vantaġġ ta’ tliet frames. Guodong wettaq reazzjoni mill-aqwa u rnexxielu jegħleb lil O’Sullivan 4-3.
Bidu mill-aqwa għal O’Sullivan hekk kif breaks ta’ 95 u 125 fit-tieni u t-tielet frame rispettivament dehru li se jwittu t-triq għal rebħa faċli, iżda Guodong kellu ħsibijiet oħra u breaks ta’ 130, 88 u 85 qabel ma rebaħ l-aħħar frame 64-35 dawru r-riżultat favur tiegħu.
Fil-fażi li jmiss, se jkun qed jilgħab kontra r-rebbieħ tal-partita bejn Mark Selby u Shaun Murphy. Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal O’Sullivan wara li l-ġimgħa li għaddiet kien eliminat minn Pang Junxu fl-International Championship.
//= $special ?>