Raġel ta’ 34 sena kellu jittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta li seħħet ftit qabel nofsinhar. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha trid tkun konfermata.
L-inċident seħħ fil-Fgura, u fih kienu involuti l-mutur tal-għamla Honda u vann Ford Transit.
Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 63 sena minn Birkirkara, filwaqt li s-sewwieq tal-mutur huwa residenti Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija u uffiċjali tal-LESA kienu fil-post sabiex jassistu.
Ir-raġel ta’ 34 sena ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>